Sunday, May 10, 2026

Il-festa tat-Trinità fil-Marsa posposta u se ssir fl-14 ta’ Ġunju

Aqra wkoll

Is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa Marsa A.D. 1949 bi pjaċir tilqa’ t-tħabbira mill-Kappillan Patri Paul Bugeja, ukoll wara diskussjonijiet mal-Kumitat Ċentrali, li l-Festa tat-Trinità Qaddisa ġiet posposta u se ssir nhar il-Ħadd 14 ta’ Ġunju. Is-Soċjetà tirringrazzja lill-Kappillan u l-awtoritajiet ikkonċernati tal-kooperazzjoni u l-ħidma tagħhom biex il-Marsin xorta waħda jkunu jistgħu jiċċelebraw il-Festa anke għal din is-sena.

Bħala Soċjetà bqajna għaddejin bil-ħidma tagħna u bi pjaċir ngħidulkom li kif pjanat dalwaqt ser nkunu qed inħabbrulkom il-programm għall-Festa 2026 għalikom il-Marsin, għall-ġid tal-lokal tagħna u l-Festa li tant inħobbu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport