Sunday, May 10, 2026

Persuni jweġġgħu gravi f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Ilbieraħ żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tattraffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00pm, fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti Ħal Safi u mutur Junak misjuq minn raġel ta’ 69 sena residenti Ħaż-Żabbar.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tas-7.30pm, fi Triq Sant’Anna, il-Furjana. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ inċident bejn xarabank Otokar Vectio, misjuq minn Indjan ta’ 34 sena residenti l-Imsida u e-kick scooter li kien qed jinstaq minn tifel ta’ 12-il sena.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn ix-xufier tal-mutur u t-tifel, ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport