Wednesday, October 28, 2026
Home Sport Il-FIFA daħħlet $5 biljun mill-biljetti tat-Tazza tad-Dinja 2026

Il-FIFA daħħlet $5 biljun mill-biljetti tat-Tazza tad-Dinja 2026

0
47

Il-FIFA ġġenerat madwar $5 biljun  mill-bejgħ tal-biljetti u pakketti ta’ ospitalità għat-Tazza tad-Dinja 2026, aktar minn ħames darbiet id-dħul miksub mill-edizzjoni tal-2022 fil-Qatar.

Skont sorsi li jafu dwar il-finanzi tat-tournament, id-dħul qabeż sew l-istima inizjali tal-FIFA ta’ $3.3 biljuni u kkontribwixxa għad-dħul totali ta’ $15-il biljun marbut mat-Tazza tad-Dinja.

Il-kritika mill-partitarji kienet qawwija minħabba l-prezzijiet għoljin tal-biljetti. Iż-żieda fid-dħul kienet marbuta wkoll mal-politika tal-prezzijiet varjabbli u mal-kummissjoni ta’ 30% fuq il-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti fuq il-pjattaforma tal-FIFA.

Il-FIFA qalet li d-dħul se jgħin lill-211-il assoċjazzjoni membru jinvestu fil-football, filwaqt li ċ-ċifri uffiċjali se jiġu ppubblikati fir-rapport annwali li jmiss wara l-verifiki meħtieġa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here