Nhar it-Tnejn, 26 ta’ Ottubru, intlagħab rawnd ieħor divertenti tal-Masters Football League, fejn ġew irreġsitrati ħafna gowls fit-tliet partiti li saru.
Marsa White Stars u Zurrieq Wolves ħarġu rebbieħa f’partiti eċċitanti li fihom ġew skorjati seba’ gowls, filwaqt li Next Step u Valletta Masters temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw eċitanti ta’ 4–4.
B’kollox ġew skorjati 28 gowl fit-tliet partiti.
RIŻULTATI
Mosta Masters 3–4 Zurrieq Wolves
Versity tal-Qroqq 6–7 Marsa White Stars
Next Step 4–4 Valletta Masters




