Saturday, November 16, 2024

Il-FIFA kkontestata dwar l-integritá tagħha fir-rigward tat-team tal-Qatar

Aqra wkoll

Ir-riżultati tal-Qatar fil-preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja ġew ikkontestati lejlet il-ftuħ tat-tournament tagħhom kontra l-Ekwador, hekk kif l-integritá tal-FIFA tinsab taħt il-mikroskopju.

Dan minħabba li l-korp governattiv dinji huwa konxju u baqa’ sieket rigward ta’ ‘numru sostanzjali ta’ penalties’ mogħtija lit-team tal-Qatar fil-partiti ta’ ħbiberija li lagħab qabel it-Tazza tad-Dinja li ħafna minnhom intlagħbu bil-bibien magħluqa li ma ġew irrappurtati. 

Huwa mifhum li ngħataw dawk il-penalties kollha biex jogħla l-moral tat-team ospitu fil-ksib ta’ riżultati pożittiv il-preparamenti tagħhom għal din il-manifestazzjoni mondjali.

Barra minn hekk, il-FIFA tinsab taħt skrutinju li  l-Qatar kellhom numru mhux tas-soltu ta’ logħbiet ta’ ħbiberija meta mqabbla ma’ nazzjonijiet oħra li qed jikkompetu f’din it-Tazza tad-Dinja, bil-Qatari jilagħbu seba’ partiti minn Lulju filwaqt li timijiet oħra lagħbu biss tnejn. 

Iżda l-FIFA ma riditx tikkumment għal dawn l-allegazzjonijijet.

Ekonomija

Sport