Wednesday, November 6, 2024

Il-FIFA ma tilqax l-appell ta’ Franza

Aqra wkoll

Il-FIFA ma laqgħet l-appell ta’ Franza dwar ir-riżultat tal-logħba tat-Tazza tad-Dinja kontra t-Tuneżija li spiċċat f’rebħa għal dawn tal-aħħar bl-iskor ta’ 1-0 liema goal ġie skorjat minn Wahbi Khazri. 

Kienet partita li spiċċat f’kontroversja hekk kif is-sostitut Antoine Griezmann ħaseb li kien kiseb id-draw fid-99 minuta. U meta t-Tuneżini ssoktaw il-logħob min-nofs il-ground, il-VAR ġibdet l-attezjoni tar-referee li l-goal ta’ Griezmann ma kellux jiġi konvalidt minħabba pożizzjoni ta’ offside. 

Din id-deċiżjoni rrabjat ħafna lill-Franċiżi bil-konsegwenza li ressqu appell fejn sostnew li kien seħħ ksur fil-protokoll tal-VAR meta goal tħassar wara li l-logħob reġa’ beda b’kick-off.

L-FA Franċiża talbet lill-FIFA biex tippermetti l-goal u r-riżultat jinbidel għal draw ta’ 1-1 … iżda dan l-appell ma ntlaqax. 

Sport