Sunday, May 5, 2024

Sabet lil binha mejjet wara li telqitu waħdu d-dar … Sena wara biegħet ħwejġu fuq Facebook

Il-każ seħħ f'Ġunju tal-2018 fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Ingliża ta’ 35 sena li f’Novembru tal-2019 biegħet l-affarijiet ta’ binha fuq Facebook, fosthom ħwejjeġ, qed tiskonta sentenza l-ħabs. Hija ġiet akkużata li f’Ġunju tal-2018 ħalliet lil binha, Ethan Davis li kellu sena biss, waħdu d-dar għal sagħtejn sħaħ f’kamra b’temperatura sħuna u bit-twieqi magħluqin sakemm marret taħsel il-karozza.

Il-ġimgħa l-oħra Stacy Davis tressqet Salisbury Crown Court wara li ammettiet illi wettqet att krudili ma’ binha. Il-qorti semgħet il-każ ta’ din l-omm li allegatament ħalliet lit-tarbija tagħha waħidha sakemm marret tagħmel qadja.

Allegatament l-omm — li kienet tagħmel użu mill-kannabis waqt li tkun fil-preżenza ta’ binha, wara li lestiet mill-qadi rritornat id-dar u lil binha ħallietu waħdu għal madwar nofs siegħa oħra sabiex tkun tista’ tiċċettja ma’ xi ħadd minn sħabha. Meta indunat li ma bediex jiċċaqlaq hija ħaditu l-isptar però sfortunatament kien iċċertifikat mejjet.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li t-tifel kellu xi ġrieħi f’rasu imma għadu mhux determinat x’kienet il-kawża li tilef ħajtu.

Sport