Wednesday, March 27, 2024

AĠĠORNAT: Tkompli l-ħidma mill-Pulizija biex jissolva l-qtil tar-Rumen

Aqra wkoll

Il-Pulizija għadha għaddejja b’ħidma intensiva sabiex tistabbilixxi min kien/u l-aggressur/i li wasslu għall-mewt ta’ Rumen ta’ 44 sena li nqatel ilbieraħ b’daqqiet ta’ sikkina f’San Ġiljan.

Minn dak li ġie rrappurtat, għandna għaliex nifhmu illi l-Pulizija aktarx li qed tiffoka l-investigazzjoni tagħha fuq xi nies ta’ nazzjonalità Rumena li setgħu kienu mal-vittma waqt il-ħin tal-inċident.

Sa dalgħodu l-Pulizija kienet għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha f’dan ir-rigward.

Ilbieraħ fil-5:30 p.m. Rumen ta’ 44 sena jinqatel b’daqqiet ta’ sikkina f’San Ġiljan

Huwa ngħata l-ewwel assistenza fuq il-post u ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura iżda kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Charmaine Galea filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ilbieraħ fl-4:30 p.m: Raġel l-Isptar wara argument f’San Ġiljan

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li t-Tnejn waranonfisnhar qala’ daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta f’San Ġiljan.

L-aggressjoni seħħet għall-ħabta tat-3.30 p.m. fi Triq Ross meta żvolġa argument bejn diversi persuni. Skont l-ewwel stħarriġ jidher li fl-imsemmi argument wieħed mill-persuni sofra ġrieħi bl-istess argument.

Minnufih il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan flimkien ma’ dawk mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit (RIU) waslu fuq il-post u ċċirkondaw iż-żona. Fl-istess waqt tim mediku mill-isptar Mater Dei wasal beda jassisti lir-raġel midrub. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar il-każ.

Ekonomija

Sport