Thursday, November 12, 2026
Home Sport Il-FIFA tapprova l-offerti konġunti għat-Tazzi tad-Dinja tan-Nisa tal-2031 u l-2035

Il-FIFA tapprova l-offerti konġunti għat-Tazzi tad-Dinja tan-Nisa tal-2031 u l-2035

0
29

Il-FIFA approvat żewġ offerti konġunti biex jospitaw l-edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-2031 u l-2035, wara li ż-żewġ proposti ssodisfaw ir-rekwiżiti minimi meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni.

Għall-edizzjoni tal-2031, l-offerta konġunta tressqet mill-Istati Uniti, il-Messiku, il-Costa Rica u l-Ġamajka. Il-proposta tinkludi 20 stadium f’20 belt differenti u kisbet valutazzjoni ġenerali ta’ 4.4 minn ħamsa.

Min-naħa l-oħra, l-Ingilterra, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Iskozja u Wales ressqu offerta konġunta biex jospitaw it-tournament tal-2035. Din tipprevedi l-użu ta’ 19-il stadium fi 15-il belt u ngħatat valutazzjoni ta’ 4.3 minn ħamsa.

Iż-żewġ offerti se jitressqu quddiem il-Kungress Straordinarju tal-FIFA fit-23 ta’ Novembru 2026, meta l-assoċjazzjonijiet membri se jiddeċiedu dwar il-pajjiżi ospitanti.

Iż-żewġ edizzjonijiet se jkollhom 48 team għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni, maqsuma fi 12-il grupp ta’ erba’ timijiet. L-istadju eliminatorju jibda bir-round tal-aħħar 32.

Intant, it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-2027 se ssir fil-Brażil bejn l-24 ta’ Ġunju u l-25 ta’ Lulju.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here