Thursday, November 12, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Harry Kane se jaqbeż ir-rekord ta’ Peter Shilton kontra...

UEFA Nations League: Harry Kane se jaqbeż ir-rekord ta’ Peter Shilton kontra l-Kroazja

0
41

Harry Kane jinsab ftit passi ’l bogħod milli jikteb l-istorja hekk kif l-Ingilterra tilgħab kontra l-Kroazja, meta mistenni jagħmel il-126 dehra tiegħu mat-team nazzjonali.

L-attakkant ta’ Bayern Munich b’hekk jaqbeż ir-rekord ta’ Peter Shilton, li temm il-karriera internazzjonali b’125 dehra.

Kane kien laħaq dan ir-rekord fis-6 ta’ Ottubru, meta skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 3-0 fuq iċ-Ċekja.

Kane diġà huwa l-aqwa skorer fl-istorja tal-Ingilterra, b’91 goal, wara li qabeż ir-rekord preċedenti ta’ Wayne Rooney, li kien skorja 53 gowl.

Minkejja dawn l-unuri individwali, l-għan ewlieni tiegħu jibqa’ li jirbaħ trofew internazzjonali mal-Ingilterra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here