Thursday, November 12, 2026
Home Sport Jesus Owono qed jikkunsidra li jtemm il-karriera tiegħu fil-football wara l-mewt ta’...

Jesus Owono qed jikkunsidra li jtemm il-karriera tiegħu fil-football wara l-mewt ta’ Jesus de Miguel

0
30

Il-goalkeeper ta’ FC Andorra, Jesus Owono, qed jikkunsidra li jtemm il-karriera professjonali tiegħu wara l-mewt traġika tal-attakkant ta’ Tenerife, Jesus de Miguel.

Iż-żewġ players ħabtu ma’ xulxin waqt partita tat-tieni diviżjoni Spanjola fit-2 ta’ Novembru. De Miguel ingħata l-ewwel għajnuna fil-ground u ttieħed l-isptar, iżda miet l-għada filgħodu.

Skont il-media Taljana Owono jinsab trawmatizzat ħafna b’dak li ġara u qed isibha diffiċli biex jaċċetta t-traġedja.

Il-goalkeeper, li jirrappreżenta lit-team nazzjonali tal-Equatorial Guinea, qed jirċievi għajnuna psikoloġika mill-club tiegħu, filwaqt li l-familja u sħabu qed jagħtuh l-appoġġ meħtieġ.

S’issa, Owono għadu ma ħabbarx uffiċjalment li se jirtira mill-football.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here