Qed jiġi rrapportat li Gianni Infantino talab l-għajnuna ta’ Carlos Cordeiro, il-konsulent tiegħu fl-Istati Uniti, biex impjegata domestika min-Nikaragwa li kienet taħdem fid-dar tiegħu, f’Miami, tikseb permess tax-xogħol.
Il-mara kienet f’riskju ta’ deportazzjoni wara li l-amministrazzjoni ta’ Donald Trump temmet programm ta’ protezzjoni umanitarja għall-immigranti.
Skond rapporti hija kienet impjegata mill-FIFA bejn Awwissu 2024 u Ottubru 2025, minkejja l-problemi bil-permess tagħha. Eventwalment, f’Jannar 2026, kisbet awtorizzazzjoni legali biex taħdem.
Peró, il-FIFA ċaħdet kull irregolarità, filwaqt li insistiet li l-ispejjeż tal-impjegati domestiċi jitħallsu personalment minn Infantino, li wkoll ċaħad l-allegazzjonijiet.




