Sunday, December 22, 2024

Il-FIFA tiffirma miri ġodda dwar il-klima għall-isport

Aqra wkoll

L-għaqda li tmexxi l-football fid-dinja, il- FIFA, qablet ma’ miri ġodda tat-tibdil fil-klima fil-konferenza dwar il-klima COP26, minkejja li qed tikkunsidra pjani għal Tazza tad-Dinja biennali.

Il-miri ġew żvelati bħala parti mill-United Nations Framework Convention dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u jinkludu li l-emis­sjonijiet jinżlu għal zeinro sal-2040 u tnaqqis ta’ 50% tal-gassijiet fl-ajra sal-2030.

Firmatarji oħra jinkludu l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, il-Premier League, BBC Sport u l-Formula E.

L-emissjonijiet żero huwa meta negozju jew pajjiż jikseb bilanċ ġenerali bejn l-ammont ta’ karbonju li qed joħroġ u l-karbonju li jneħħi mill-atmosfera.

Il-korp governattiv tal-football Ewropew, l-UEFA, iffirmat ukoll mal-miri ġenerali iżda, flimkien mal-Formula 1, mhix fuq il-lista ta’ organizzazzjonijiet li jidħlu fil-kampanja eżistenti tan-NU, Race to Zero, koalizzjoni ta’ inizjattivi net-zero ewlenin.

Fis-sajf, il-UEFA ffaċċjat kritika għall-iskedar tal-Euro 2020 madwar 11-il pajjiż u l-introduzzjoni tal-Europa Conference League dan l-istaġun żiedet in-numru ta’ logħob tal-gruppi tal-clubs kontinentali b’20%.

Dan kien jifforma parti minn sens dejjem jikber fil-football li ċerti organizzazzjonijiet u azzjonijiet kienu jmorru kontra l-prinċipji li kienu ffirmaw magħhom.

Il-FIFA, filwaqt li tikkontempla proposti biex tospita Tazza tad-Dinja kull sentejn, ippjanat ukoll espansjoni għal 48 team għat-tournament tal-2026 fl-Istati Uniti u l-Kanada – it-tnejn li huma se jiggarantixxu żieda fl-emissjonijiet tal-karbonju.

Iżda l-president tal-FIFA, Gianni Infantino, enfasizza l-impenn tal-organizzazzjoni tiegħu għall-għan nett-zero tan-NU, inkluż għal tournaments futuri.

“Il-bidla fil-klima qed taffettwa l-ħajja ta’ kommunitajiet sħaħ,” huwa qal. “Il-football mhuwiex immuni għal bidliet sinifikanti madwar id-dinja bil-football tal-grassroots u tal-elite jiġi affettwat.

“L-istrateġija tal-klima tagħna tistabbilixxi l-pjan tagħna biex nipproteġu l-pjaneta sabiħa tagħna billi nnaqqsu l-emis­sjonijiet u nindirizzaw it-tibdil fil-klima.”

Ekonomija

Sport