Friday, April 26, 2024

Snooker: John Higgins jinsab f’forma formidabbli

Aqra wkoll

John Higgins stqarr li qed jolqot il-boċċi aħjar minn qatt qabel wara r-rebħa tiegħu ta’ 4-0 fuq Oliver Lines fit-tieni round tal-English Open li qed isir f’Milton Keynes.

L-Iskoċċiż kien f’forma mill-aqwa s’issa dan l-istaġun. Huwa għeleb lil Mark Williams, David Gilbert u Yan Bingtao biex wasal sal-finali tan-Northern Ireland Open fejn tilef 9-8 kontra Mark Allen.

Higgins kien f’kuntatt suprem fejn għalaq lill-avversarju tiegħu b’erba’ breaks, 88, 88, 84 u 70 fi triqtu lejn whitewash ta’ 4-0.

Chris Wakelin ipproduċa wirja tajba meta għeleb lill-veteran Stephen Hendry 4-0. Ir-riżultat jivvendika telfa ta’ 4-2 f’idejn Hendry fil-British Open. Wakelin għamel breaks ta’ 135, 141 u 85 fi triqtu lejn rebħa enfatika.

Fergal O’Brien kiseb rebħa sorpriża 4-3 kontra ċ-champion tad-dinja tal-2015, Stuart Bingham, filwaqt li Sunny Akani għeleb lil Ricky Walden 4-3.

Mark Selby kiseb rebħa ta’ 4-1 fuq Jamie Wilson, meta bħalissa jinsab imdaħħal f’taqtiegħa għall-post numru wieħed tad-dinja ma’ Judd Trump. 

Madankollu, Selby huwa ggarantit li jerġa’ jitla’ fuq nett wara l-avveniment ta’ din il-ġimgħa. Dan minħabba l-fatt li l-premju ta’ Trump għar-rebħ tal-World Open 2019 u tan-Northern Ireland Open 2019, se jaqgħu barra mill-klassifika tiegħu fi tmiem dan it-tournament.

Trump ibbukkja postu fl-aħħar 32 b’rebħa ta’ 4-2 fuq Jimmy Robertson li f’Belfast għelbu 4-3.

Riżultati oħra mit-tieni round:

Steven Hallworth v Xiao Goudong 4-2; Kyren Wilson v Ashley Carty 4-2; Ross Muir v Wu Yize 4-1; Tom Ford v Alexander Ursenbacher 4-0; Mark King v Cao Yupeng 4-0; Zhao Xintong v Xu Si 4-0; Paul Deaville v Chang Bingyu 4-3; Ben Woollaston v Gary Wilson 4-3; Barry Hawkins v Jak Jones 4-3; Robbie Williams Soheil Vahedi 4-1; Mark Davis v Graeme Dott 4-3; Fergal O’Brien v Stuart Bingham 4-3; Sunny Akani v Ricky Walden 4-3; Neil Robertson w/o James Cahill; Anthony Hamilton v Rory McLeod 4-1; Jamie Clarke v Mark Joyce 4-0; Thepchaiya Un-Nooh v Peter Devlin 4-0; Li Hang v Ali Carter 4-2; Luca Brecel v Stuart Carrington 4-0; Fraser Patrick v Hossein Vafaei 4-2; Shaun Murphy v Joe O’Connor 4-2; Lu Ning w/o Allan Taylor; Ding Junhui v Tian Pengfei 4-1; Martin Gould v Scott Donaldson 4-0; Yan Bingtao v Nigel Bond 4-1; Anthony McGill v Gerard Greene 4-0.

Sport