Monday, April 29, 2024

Il-flus li se jagħtu World  Athletics lir-rebbieħa jmur  kontra l-ispirtu tal-Olimpjadi

Aqra wkoll

Id-deċiżjoni tal-World Athletics li tagħti premjijiet fl- Olimpjadi ta’ Pariġi tmur kontra l-ispirtu Olimpiku, jgħid il-kap tal-korp governattiv taċ-ċikliżmu.

Il-World Athletics se ssir l-ewwel federazzjoni li toffri premjijiet f’Logħob Olimpiku dan is-sajf.

Ir-rebbieħa tal-midalji tad-deheb fl-avvenimenti tal-atletika se jingħataw premju finanzjarju ta’ €47,000 ($50,000) bil-konsegwenza li se jinħoloq preċedent. 

“L-ispirtu Olimpiku huwa li jaqsam id-dħul biex ikun hemm aktar atleti jikkompetu madwar id-dinja,” qal il-president tal-UCI, David Lappartient.

“Il-flus għandhom jinqasmu bejn l-atleti kollha fit-tentattiv li jkunu sussidju għalihom biex ikunu motivati aktar fil-miri tagħhom. 

“Jekk nikkonċentraw il-flus fuq l-aqwa atleti, ħafna opportunitajiet se jisparixxu għall-atleti madwar id-dinja kollha.”

Minħabba l-oriġini tal-Olimpjadi bħala avveniment sportiv tad-dilettanti, il-Kumitat Olimpiku Internazzjo­nali (KOI) ma jagħtix premjijiet fi flus iżda jqassam finanzjamenti permezz ta’ Federazzjonijiet Internazzjonali (IF) u Kumitati Olimpiċi Nazzjonali (NOC).

Il-mossa tal-World Athletics, li se tkun estiża għal midalji tal-fidda u tal-bronż għal-Logħob tal-2028, kienet imfaħħra ħafna mill-eks atleti meta tħabbret mill-president tagħha, Lord Sebastian Coe.

Mistoqsi dak iż-żmien jekk il-flus tal-premjijiet kinux kontra l-ispirtu Olimpiku, Coe qal: “Ma narax li tagħmel il-ħajja ftit aktar faċli għall-atleti, tippermettilhom forsi jibqgħu fl-isport ftit itwal, biex jagħtuhom l-indipendenza finanzjarja biex jitħarrġu, u forsi b’mod aktar sofistikat hija xi ħaġa oħra għajr li toqgħod wara prinċipji Olimpiċi sodi tajbin.”

Iżda, nhar it-Tlieta, Lappartient qal: “Verament nemmnu li dan mhux l-ispirtu Olimpiku.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport