Monday, April 29, 2024

Tennis: Murray jgħid li mhux se jiġi operat wara injury l-għaksa

Aqra wkoll

It-tennista Britanniku, Andy Murray, ħabbar li mhux se jiġi operat wara li sofra injury fl-għaksa, ix-xahar li għadda iżda mhux qed isemmi data għar-ritorn tiegħu. 

L-Iskoċċiż ta’ 36 sena, ċarrat il-ligamenti tal-għaksa filMiami Open u ma ngħatax ​​żmien għar-ritorn tiegħu.

Ir-rijabilitazzjoni taċ-champion tliet darbiet tal-Grand Slams “miexja tajjeb” u qed jittama li ma jdumx ma jirritorna fil-court minkejja li huwa stess kien stqarr li riesaq lejn tmiem tal-karriera tiegħu. 

Bħalissa huwa qed jimxi b’żarbun protettiv u mhux se jieħu riskji minħabba li din l-injury tista’ tkun fit-tul iżda fl-istess waqt ottimist li se jilħaq il-miri tiegħu. 

Il-pjan tiegħu kien li jirtira wara s-sajf li ġej eżattament wara li jkun ħa sehem fl-Olimpjadi ta’ Pariġi. Ta’ min isemmi wkoll li Murray kien rebaħ dan it-tournament darbtejn, fl-2016 u fl-202s1, fejn huwa l-uniku tennista li rebaħ fuq wiċċ tal-ħaxix u fuq wiċċ iebes. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport