Monday, April 29, 2024

Juventus ordnati jħallsu €9.8 miljuni f’pagi lil Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Juventus ġew ordnati jħallsu lil Cristiano Ronaldo €9.8 miljuni f’pagi dovuti minn qorti Taljana.

Ronaldo, 39, aċċetta li jiddeferixxi l-pagi meta l-football fl-Italja kellu jieqaf minħabba l-pandemija tal-Covid fl-istaġun 2020-21.

Il-Portugiż kien sostna li kien dovut aktar minn €20 miljun mill-eks club tiegħu.

Il-Qorti tal-Arbitraġġ qalet li l-club għandu jħallas dak li kien jirċievi l-player wara tnaqqis fit-taxxa u oħrajn.

Ronaldo qatta’ tliet staġuni fl-Italja ma’ Juventus bejn l-2018 u l-2021, u għenhom jirbħu żewġ titli tas-Serie A.

Imbagħad huwa ħalla l-club għat-tieni perjodu tiegħu ma’ Manchester United u wara 16-il xahar f’Old Trafford ingħaqad mal-club Sawdi, Al-Nassr.

Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb – mogħti lill-aqwa player fid-dinja – ġie kklassifikat mir-rivista Amerikana tan-negozju Forbes bħala l-aktar sportiv imħallas fid-dinja fl-2023, bi qligħ ta’ £109 miljun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport