Thursday, October 3, 2024

Il-Fondazzjoni MAPFRE tisponsorja proġett li jgħin adolexxenti bi problema ta’ abbuż tas-sustanzi

Aqra wkoll

 Il-Fondazzjoni MAPFRE qed tappoġġja proġett taċ-ċikliżmu bl-isem Keep your balance by moving forward, organizzat mill-Caritas Malta. Dan il-proġett huwa parti ewlieni mill-programm ta’ terapija Adventure Therapy Programme, li jipprovdi għajnuna lill-adolexxenti bi sfidi ta’ abbuż ta’ sustanzi, permezz ta’ attivitajiet fuq barra.

Javier Moreno, rappreżentant tal-Fondazzjoni MAPFRE, u President u Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Middlesea żar Tal-Ibwar – Iċ- Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti, ċentru speċjalizzat li joffri servizzi terapewtiċi lill-adolexxenti li qed jiffaċċjaw użu problematiku ta’ sustanzi, u lil familji tagħhom. 

Dan il-programm ta’ terapija permezz tal-avventura jiffoka fuq tkabbir personali u saħħa mentali tajba, permezz ta’ attivitajiet fuq barra bhal kayaking, snorkelling, ġiri, ikkampjar, trekking, u issa ċikliżmu. Il-fondi mill-Fondazzjoni MAPFRE jikkontribwixxu speċifikament għax-xiri tar-roti, u jtejjbu l-impatt tal-programm. It-terapija permezz tal-avventura wriet li hija effettiva fit-trawwim tar-reżiljenza u tagħti sens ta’ twettiq lil dawn l-adoloxxenti waqt l-isfida tagħhom biex jegħlbu dan il-vizzju.

Din l-inizjattiva turi l-impenn tal-Fondazzjoni MAPFRE biex tgħin persuni vulnerabbli u tippromwovi l-benesseri tagħhom permezz ta’ esperjenzi trasformattivi fil-beraħ.

 “Aħna eċċitati li nikkollaboraw mal-Caritas biex nespandu dan il-programm ta’ terapija permezz tal-avventura, partikolarment permezz tal-proġett taċ-ċikliżmu Keep Your Balance by Moving Forward,” qal Javier Moreno. 

Il-Fondazzjoni MAPFRE hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ stabbilita mill-Grupp MAPFRE  biex ittejjeb il-benesseri tas-soċjetà. Il-fondazzjoni tiffoka fuq inizjattivi relatati mas-saħħa, il-kultura u l-azzjoni soċjali, billi tappoġġja proġetti li għandhom impatt pożittiv fuq il-komunitajiet globalment.

Sport