Wednesday, July 24, 2024

ARA: “Għejjejt” … Klopp iħabbar li se jħalli lil Liverpool fl-aħħar tal-istaġun

Aqra wkoll

Wara tmien snin u nofs ta’ suċċessi mal-klabb ta’ Liverpool (LFC), il-kowċ Jürgen Klopp ħabbar li se jkun qiegħed iħalli l-irwol tiegħu fl-aħħar tal-istaġun. Permezz ta’ filmat li nħareġ mill-klabb, Klopp qal: “Nista’ nifhem ix-xokk għal ħafna nies f’dan il-mument. Inħobb lil dan il-klabb, lill-partitarji u l-istaff. Iżda li se nieħu din id-deċiżjoni turik li jiena konvint minn dan il-pass li se nagħmel.”

Filwaqt li rringrazzja lill-klabb u lil dawk kollha li jappartjenu għall-familja ta’ LFC, Klopp qal li mhix kwistjoni ta’ xi jrid jagħmel imma hija kwistjoni ta’ deċiżjoni li jemmen li se sservi għall-aħjar.

Mistoqsi dwar aktar dettalji b’rabta mad-deċiżjoni tiegħu li ħasdet lil bosta, Klopp qal serraħ ras is-sapporters li mhijiex kwistjoni ta’ problemi ta’ saħħa u li ovjament iħossu tajjeb għall-età tiegħu għax xi ftit jew wisq jemmen li xi affarijiet żgħar kulħadd jgħaddi minnhom. 

Huwa qal li l-imħabba tiegħu għall-klabb kibret immensament u din id-deċiżjoni kienet waħda diffiċli. Żied jgħid li jemmen li bħala kowċ f’tim ieħor forsi kien jaqbad u jgħid “grazzi ħafna ta’ kollox imma se jkollna mmorru f’toroq differenti”, iżda mhux f’dan il-klabb li hu onorat li għen biex isib it-triq lejn daqstant suċċessi. 
Minn kemm ilu fit-tmexxija tar-Reds, Klopp rebaħ diversi unuri fosthom il-Premier League, iċ-Champions League, l-FA Cup, il-League Cup, il-Fifa Club World Cup u l-Uefa Super Cup. Bħalissa Liverpool jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat Ingliż u rnexxielhom jagħmluha għall-finali tal-Carabao Cup filwaqt li għadhom ukoll fl-Europa League u l-FA Cup.

Huwa kkonferma li għadu jemmen fil-potenzjal tat-tim u li d-deċiżjoni mhijiex waħda relatata ma’ xi forma ta’ diżgwit mad-diriġenza.

Ara l-intervista sħiħa minn:

YouTube video
Ekonomija

Sport