Wednesday, November 11, 2026
Home Sport Il-Formula 1 se tagħlaq l-istaġun fil-Lvant Nofsani

Il-Formula 1 se tagħlaq l-istaġun fil-Lvant Nofsani

0
24

Il-Kampjonat tad-Dinja tal-Formula 1 tal-2026 se jintemm fil-Lvant Nofsani, wara li ġiet abbandunata l-possibbiltà li ċ-ċirkwit ta’ Imola fl-Italja jintuża bħala alternattiva għall-aħħar żewġ Grand Prix tal-istaġun.

Il-Formula 1 ikkonfermat li t-tlielaq fil-Qatar u f’Abu Dhabi se jsiru kif skedat, minkejja t-tħassib dwar is-sitwazzjoni ta’ sigurtà fir-reġjun.

Iċ-ċirkwit ta’ Imola kien miżmum bħala għażla alternattiva f’każ li l-kundizzjonijiet fil-Lvant Nofsani ma kinux jippermettu li jsiru dawn iż-żewġ avvenimenti.

Il-Grand Prix tal-Qatar se jsir bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru, filwaqt li l-istaġun jintemm bl-aħħar tellieqa f’Abu Dhabi, bejn l-4 u s-6 ta’ Diċembru.

Il-possibbiltà li ż-żewġ tiġrijiet jiġu rilokati kienet tqajmet wara li aktar kmieni din is-sena tħassru l-Grand Prix tal-Bahrain u tal-Arabja Sawdija minħabba l-kunflitt fir-reġjun.

Minkejja li l-pjani attwali huma li l-istaġun jintemm fil-Lvant Nofsani, il-Formula 1 u l-FIA se jkomplu jsegwu s-sitwazzjoni, filwaqt li s-sigurtà tas-sewwieqa, it-timijiet u l-ispettaturi tibqa’ l-ogħla prijorità.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here