Kool Des Champs, misjuq minn Carl Caruana, wettaq prestazzjoni spettakolari biex
rebaħ it-tiġrrija prestiġjuża EquestriMalta President’s Cup tal-2026 fil-Malta Equidrome.
Is-26 edizzjoni ta’ dan il-kampjonat, sponsorjat minn EquestriMalta għas-sitt sena konsekuttiva, offriet tiġrija eċċitanti b’tmiem drammatiku. Kool Des Champs, li huwa proprjetà ta’ J. Zammit, C. Vella u l-familja Farrugia, baqa’ fuq wara tal-grupp fl-ewwel fażi tat-tiġrija, waqt li Hermes Express żamm ritmu mgħaġġel u kostanti.
Madankollu, Caruana għażel il-mument perfett biex jagħmel il-mossa tiegħu; huwa nieda attakk qawwi minn barra tul il-parti dritta ta’ wara tal-korsa, ħa t-tmexxija u bena vantaġġ ta’ ħames tulijiet.
Falko De Nouville għamel sfida qawwija fl-aħħar mumenti, iżda Kool Des Champs irnexxielu jżomm il-pożizzjoni tiegħu u rebaħ b’distanza ta’ nofs tul. Urban Africa ġie fit-tielet post, segwit minn Farmer Keryvon u Bordeaux S.
Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, akkumpanjata mill-Ministru Byron Camilleri, ippreżentat it-trofew lir-rebbieħa, flimkien ma’ rappreżentanti minn EquestriMalta, il-Malta Racing Club u l-Malta Equidrome. Din ir-rebħa eċċitanti żiedet kapitlu memorabbli ieħor fl-istorja tal-President’s Cup, waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta.




