Sunday, May 19, 2024

Il-forzi Ukreni jilliberaw 4 villaġġi minn taħt idejn ir-Russi

Aqra wkoll

Il-Gvern Ukren qal li l-forzi tiegħu kienu lliberaw 4 villaġġi biex b’hekk il-forzi Russi tilfu l-kontroll tagħhom. Dawn huma l-ewwel rebiħiet għal forzi Ukreni hekk kif bdew offensiva ġdida bit-tama li jkeċċu ‘l barra lil forzi Russi mill-pajjiż.

Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li tnejn mill-villaġġ li huma kkonfermati lliberati huma Blahodatne u Neskuchne filwaqt li t-tnejn l-oħra ma hemm l-ebda konferma.

Il-Gvern Russu minkejja li l-ġurnalisti ilhom jistaqsu jekk il-forzi tagħhom kienux irtiraw minn dawn il-villaġġ, s’issa la ċaħad u lanqas ikkonferma.

Kien nhar is-Sibt li għadda meta l-President Ukren Volodymyr Zelensky ikkonferma li l-forzi tiegħu bdew l-offensiva li se tkun mifruxa fuq Sajf sħiħ.

Sport