Monday, May 6, 2024

Sewwieq ta’ mutur jeħlisha ħafif wara ħabta f’Santa Venera

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-7:00 a.m. f’Regional Road Santa Venera.

Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna jidher li kien seħħ impatt bejn karozza Suzuki li kienet qed tinstaq minn Portuġiż ta’ 24 sena, u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 37 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti fl-istess lokalità li fiha seħħ l-inċident.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

Sport