Saturday, December 28, 2024

“Il-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport huwa pass fid-direzzjoni t-tajba” – L-MHRA

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-lukandi u r-ristoranti (l-MHRA) tilqa’ id-deċiżjoni tal-gvern li jiftaħ l-ajruport anke jekk tibqa’ temmen li l-ftuħ li tal-ajruport ħmistax qabel kien ikun aħjar għas-settur turistiku.

Il-President tal-assoċjazzjoni Tony Zahra qal li ż-żmien huwa essenzjali f’dawn iċ-ċirkustanzi iżda issa li l-gvern ħa din id-deċiżjoni l-assoċjazzjoni tinsab ċerta li din id-deċiżjoni se tgħin biex terġa’ tibda ddur ir-rota ekonomika.

Zahra emfasizza li l-lukandi  r-ristoranti xorta se jkollhom bżonn is-sapport tal-gvern biex ilaħħqu mal-ispejjż li hemm bżonn biex ikomplu bin-negozju tagħhom f’din ir-realtà ekonomika ġdida.

L-MHRA twiegħed li se tkompli taħdem mal-Ministeru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Air Malta, l-ajruport u intrapriżi oħra sabiex jassiguraw li Malta tkun meqjusa bħala destinazzjoni sigura.

Zahra kkonkluda jgħid li dan l-istadju jista’ jitqies bħala wieħed li se jgħin biex jingħata bidu ġdid u li dawn l-entitajiet kollha flimkien jistgħu joħolqu diskussjonijiet li jwasslu għal suċċessi. Temm jgħid li din mhux se tkun xi ħaġa faċli iżda li l-ftuħ tal-ajruport u l-portijiet hija ċertament deċiżjoni għaqlija.

Ekonomija

Sport