Saturday, May 4, 2024

Il-funeral tar-Reġina se jsir fid-19 ta’ Settembru 

Aqra wkoll

Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jara t-tebut tar-Reġina f’diversi stati fl-Ingilterra qabel il-funeral tagħha f’Westminster Abbey it-Tnejn, 19 ta’ Settembru.

Minn Balmoral, Aberdeenshire, fejn mietet, it-tebut tar-Reġina se jiġi trasportat lejn Edinburgh.

It-Tnejn waranofsinhar, se jittieħed lejn il-Katidral ta’ San Giles, Edinburgh. Ikun hemm servizz u t-tebut ser jitħalla hemm għal 24 siegħa biex in-nies jagħtu l-aħħar tislima lir-Reġina.

L-għada l-Prinċipessa Anne se takkumpanja l-katavru ta’ ommha hekk kif jittieħed lura lejn Londra. It-tebut tar-Reġina se jittieħed mill-Ajruport ta’ Edinburgh għal Buckingham Palace.

Nhar l-Erbgħa waranofsinhar, se jittieħed lejn Westminster Hall fejn il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jsellem lir-Reġina għall-aħħar darba għal erbat ijiem sħaħ qabel il-funeral.

Il-Kapijiet tal-Istat minn madwar id-dinja kollha se jkunu mistiedna li jingħaqdu mal-membri tal-familja Rjali biex ifakkru l-ħajja u s-servizz li tat ir-Reġina Eliżabetta II.

Sport