Sunday, May 5, 2024

Eluf jinġabru fil-Belt Valletta biex jiċċelebraw il-kisbiet tal-ugwaljanza f’pajjiżna

Aqra wkoll

L-ilwien tal-qawsalla spikkaw fit-toroq tal-Belt Valletta hekk kif aktar kmieni ġiet organizzata l-Pride March. Eluf ta’ nies inġabru biex jiċċelebraw il-ksibiet ta’ Malta fil-qasam tal-Ugwaljanza.

F’Mejju li għadda, għas-seba’ darba konsekuttiva, Malta kklassifikat fl-ewwel post fir-Rainbow Map Index, stħarriġ annwali josserva d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+ madwar l-Ewropa.

Preżenti għal dan l-avveniment annwali kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat minn bosta Ministri, Deputati, Membri tal-Parlament Ewropew u membri mill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

Sport