Saturday, April 27, 2024

Il-futur ta’ Mohamed Salah għadu inċert

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, jista’ jkun qiegħed jibdel it-tim għall-istaġun li ġej. Dan hekk kif jidher li hemm interess fi Spanja u fi Fanza għall-istess plejer.

Minkejja perjodu twil ta’ negozjati, l-eks plejer ta’ Roma u Chelsea għad irid jilħaq ftehim biex jestendi l-kuntratt tiegħu f’Anfield lil hinn mit-tmiem tal-istaġun li ġej.

Il-kuntratt il-ġdid ta’ Jurgen Klopp sal-2026 wassal biex jiżdiedu t-tamiet tal-partitarji ta’ Liverpool li l-Eġizzjan iġedded il-kuntratt tiegħu. Salah kien ta x’jifhem li jrid jibqa’ mar-Reds li qed jissieltu biex jiksbu l-qwadruple crown, sakemm it-talbiet tiegħu jiġu sodisfatti.

Madankollu l-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool se jkun qiegħed jintemm f’inqas minn 18-il xahar. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, l-attakkant jista’ jħalli lil Liverpool f’sitwazzjoni delikata qabel jinfetaħ is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Salah b’mod memorabbli rrifjuta li jeskludi trasferiment ma’ Real Madrid jew mar-rivali tagħhom Barcelona lura fl-2020, iżda issa jidher improbabbli li xi klabb se jagħmel offerta għall-player ta’ 29 sena.

Sport