Wednesday, December 25, 2024

Il-Ġappun qed jippjana biex jgħolli l-età ta’ kunsens għal 16-il sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ġappun għamel proposta li jekk jintlaħaq ftehim dwarha, se jkun qiegħed jgħolli l-età tal-kunsens minn 13 għal 16 -il sena fir-reviżjoni tal-liġijiet dwar il-kriminalità sesswali. Il-Ministeru tal-Ġustizzja Ġappuniża ħabbar dan hekk kif din il-proposta se tkun qegħda tifforma parti minn reviżjoni aktar wiesgħa fil-liġijiet tal-Ġappun dwar ir-reati sesswali.

L-għan ewlieni ta’ dan kollu huwa li tiġi mwessa’ id-defenizzjoni ta’ stupru. Barra minn hekk il-limitazzjoni għar-rappurtar ta’ stupru mistenni jiżdied, minn 10 snin għal 15-il sena. Għalhekk jekk jintlaħaq ftehim, din il-liġi se tibdel affarijiet mill-liġi attwali fil-pajjiż.

Il-liġi li teżisti llum fil-Ġappun tgħid li biex tiġi żgurata kundanna, bilfors ried ikun hemm vjolenza u intimidazzjoni waqt l-istupru u li l-att ma kinitx possibli li jkun rezistit. Min-naħa tiegħu l-uffiċjal tal-Ministeru tal-Ġustizzja Yusuke Asanuma qal li dan “mhux maħsub biex jagħmilha aktar faċli jew diffiċli” għall-vittmi li jirbħu każ ta’ stupru iżda li għandu jagħmel il-verdetti “aktar konsistenti”.

Din il-bidla fil-liġi ser tkun qegħda ssir, wara li fl-2019 saru diversi dimonstrazzjonijiet fil-Ġappun, minħabba li kien hemm numru sostanzjali ta’ każijiet li ġew illiberati. Każ minnhom kien ta’ raġel li ingħata l-libertà proviżorja wara li ġie akkużat li kellu x’jaqsam sesswalment mat-tifla tiegħu li dak iż-żmien kienet adoloxxenti. Però minħabba li kien hemm diversi prosekuturi li appellaw, huwa ntbagħat il-ħabs.

Attwalment kif qegħda l-liġi bħalissa, il-Ġappun huwa l-iktar pajjiż li għandu l-inqas età ta’ kunsens fil-pajjiżi żviluppati. Dan hekk kif fil-Ġermanja u fl-Italja l-età hija ta’ 14 -il sena, fil-Greċja u fi Franza ta’ 15 -il sena u fir-Renju Unit u bosta stati tal-Istati Uniti l-età hija ta’ 16 -il sena.

Ekonomija

Sport