Sunday, April 28, 2024

Żewġ Ukreni jammettu li għamlu xogħol ta’ prostituzzjoni u jeħlu multa ta’ €10 u sentenza sospiża

Aqra wkoll

Żewġ Ukreni li ġew f’Malta bħala “refuġjati” minħabba l-gwerra li għaddejja mar-Russja, ftit tal-ħin ilu tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati b’akkużi relatati mal-prostituzzjoni.

L-Ukreni li isimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġew akkużati li fil-jiem li għaddew, fil-ġimgħat u fix-xhur ta’ qabel żammew jew ħadu sehem f’eżerċizzju ta’ burdell f’ħanut f’Tal-Pietà. Huma għamlu dan għal skop ta’ prostituzzjoni, u li kellhom ħanut jew appartament privat u ħallewh jintuża għal skop ta’ prostituzzjonijiet.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-Ukreni wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Mark Cremona.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabet lill-imputati ħatja u kkundannathom sena priġunerija sospiżi għal tliet snin u multa ta’ għaxar ewro kull wieħed.

Sport