Monday, March 24, 2025

Il-ġinnastika tgħallmek id-dixxiplina, il-kunfidenza u r-reżiljenza – Lauren Agius

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-ġinnastika?

Bdejt il-ġinnastika ritmika meta kelli ħames snin u qabel kont qed nitgħallem il-ballet. Fl-istess post sakemm bdew il-lezzjonijiet kien hemm studenti jaghmlu gimnastika u kont immur narahom. Ħabbejt l-isports u ridt nibda nitgħallem.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek s’issa bħala atleta, minkejja l-età żgħira tiegħek?

Bħalissa ninsab fl-ogħla postijiet tal-klassifika tal-livell Junior f’Malta.

Kuntenti bir-rebħ tat-tielet post fil-Kampjonati tal-Juniors ta’ stati żgħar fil-Lussemburgu (kienu taħt l-Appoġġ tal-Federazzjoni tal-Lussemburgu u l-Unjoni Ewropea).

Kif tqis il-livell attwali tal-ġinnastika f’pajjiżna?

Qiegħed fi stadju ta’ żvilupp iżda qed isir aktar popolari minn meta bdejt l-isport jien.

U xi ngħidu għar-riżorsi fejn tħarreġ u jkollok il-kompetizzjonijiet tiegħek?

Ir-riżorsi huma pprovduti mill-klabb, ġinnasju tassew tajjeb fil-Kumpless Sportiv ta’ San Alwiġi, iżda sfortunatament huwa post okkupat ħafna bl-isports l-oħra kollha, u t-taħriġ ta’ ġinnasti tal-ogħla livell barra minn Malta jaħdmu sa 8 sigħat kuljum mhux qed nilħqu. Ikolli biss 3.5 sigħat massimu għal kull sessjoni ta’ taħriġ ħames darbiet fil-ġimgħa, u tipprova ssib ġurnata żejda fi tmiem il-ġimgħa meta l-gym ikun disponibbli għall-preparazzjoni tal-kompetizzjoni.

Kif tqis il-mentalità tal-isport f’pajjiżna fil-preżent?

B’mod ġenerali, il-mentalità tal-isport f’pajjiżna qed issir aktar popolari, iżda livell internazzjonali għoli jieħu ħafna impenn fid-dixxiplina, mentalità, u fiżikament ukoll biex ilnaħħqu ma’ livell tajjeb ta’ edukazzjoni.

Aktar eks ġinnasti qed isiru kowċis u minħabba li interess f’dan l-isport qed ikompli jikber, aktar tfajliet iqed jieħdu dan l-isport bis-serjetá u b’impenn, anke bħala pjan ta’ ħidma tal-kowċis.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-ġinnastika?

L-għan tiegħi huwa li nibqa’ ffukata fuq it-taħriġ u nagħmel progress.

Nimmira li nipparteċipa f’aktar kompetizzjonijiet internazzjonali u nagħmel it-triq għall-kompetizzjonijiet FIG mal-aqwa ġinnasti tad-dinja. Nittama wkoll li nirrappreżenta lil pajjiżna fi kwalunkwe opportunitajiet possibbli. Nixtieq nibqa’ tikkompeti f’kompetizzjonijiet internazzjonali u qed nittama li nikkompeti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, peressli din se tkun l-ewwel darba li se tkun inkluża l-ġinnastika ritmika.

Għaddi messaġġ finali lil kull min qed jasġira li jibda jipprattika l-ġinnastika.

Jekk qed taħseb biex tibda l-ġinnastika, mur għaliha! Huwa sport li jisfidak fiżikament u mentalment, iżda r-riżultati miksuba huma ‘worth it’. Kun paċenzjuż miegħek innifsek—il-progress jieħu ż-żmien, u kull titjib żgħir huwa rebħa. Ibqa’ konsistenti, isma’ lill-kowċis tiegħek, u l-aktar importanti, ħu gost. Il-ġinnastika tgħallmek id-dixxiplina, il-kunfidenza u r-reżiljenza, ħiliet li jmorru lil hinn mill-gym. Kompli timbotta l-limiti tiegħek, afda l-proċess, u gawdi l-vjaġġ!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport