Monday, March 24, 2025

Il-ġiri laqqagħni ma’ ħafna nies ġodda – Angelo Theuma

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Jien bdejt proprja nimxi fi żmien il-Covid-19 fejn kont immur ma’ sħabi Darren Cassar, Neil borg u Mike Mifsud imbagħad ħajruni nibda niġri. Bdejt 1.6 kilometru ġiri u mbagħad 2k u bdejt inżid. Ħeġġiġni wkoll ċertu wieħed Fabian Casha jaħdem miegħi u ħajjarni nagħmel tellieqa ta’ 10k li kienet saret Ta’ Qali f’Ottubru tal-2020. Din kienet l-ewwel tellieqa tiegħi u kont għamiltha f’ħin ta’ 59 minuta. Imbagħad kont iltqajt ma’ Darren Vandit li llum huwa l-kowċ tiegħi bdejt immur it-trakka ta’ San Alwiġi Birkirkara. Minn hemm bdejt intejjeb il-ħin bi speed session u intervals training li dejjem bdejt nagħmel pass ‘il quddiem. Bis-saħħa tal-kowċ dħalt għal tellieqa ta’ 5k u kont għamiltha fi 19-il minuta.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?

Fil-5k li jorganizza l-kowċ tiegħi stess Darren Vandit tat-tim Raptorz l-aqwa ħin li għamilt kien ħin partikolari għalija f’ħin ta’ 18.50 sekondi; 10k f’erba’ minuti; l-ewwel Nofs Maratona Fastest21 f’ħin ta’ 1.33. Għamilt ukoll full marathon ma’ sieħbi Neil Borg fejn għamilnieha f’ħin ta’ tliet sigħat u kwart kienet l-ewwel full marathon tagħna, u issa riċenti il-Maratona ta’ Malta, Nofs Maratona f’ħin ta’ 1.29.9 sekondi.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-atletika f’pajjiżna narah miexi sew u b’ċerta dixxiplina.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

Il-ġiri laqqagħni ma’ ħafna nies ġodda u fejn insib ħin, nirrilassa b’dan l-isport favorit tiegħi. Nawgura kull suċċess fl-atletika għax huwa sport li jżommok b’ saħħtek, iktar pożittiv u iktar b’dixxiplina. Nixtieq kull suċċes fl-atletika lil kull klabb għax fuq kollox huma ħbieb tagħna lkoll!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport