Il-goalkeeper internazzjonali Malti, Rashed Al-Tumi, jingħaqad ma’ Birkirkara

0
1

Birkirkara FC ħabbru l-akkwist tal-goalkeeper internazzjonali Malti, Rashed Al-Tumi.

Magħruf bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers ta’ Malta, Rashed iġib miegħu kwalità, ambizzjoni, u esperjenza siewja fl-iskwadra. Il-wasla tiegħu hija pass importanti ieħor hekk kif Birkirkara qed nkomplu jsaħħu t-tim qabel l-istaġun il-ġdid.

Prodott ta’ Valletta, Al-Tumi qatta’ aktar minn ħames snin fl-Italja fejn lagħab ma’ ASD Katane Soccer, US Citta di Palermo, Virtus Casarano, Arzachena Academy u Nocerina qabel ma mar lura Malta biex jingħaqad ma’ Sliema Wanderers f’Jannar 2022 iżda fl-2024, ingħaqad ma’ Sheriff fil-Moldova, u reġa’ ngħaqad ma’ Sliema matul is-sajf li għadda.

L-Istripes, li kkonfermaw lil Paul Zammit bħala kowċ, fil-jiem u l-ġimgħat li għaddew ħabbru l-akkwsiti ta’ Zach Muscat, Yago, Jefferson Vinicius, Rafa Santos, Aleandro Garzia u Jake Vassallo u kkonfermaw li Shaun Dimech, Leandro Lacunza, Alessandro Coppola, Manuel Morello, Fran Lopez, Luis Cordova, Roni Santos, Geoffrey Acheampong, Donovan Makoma, Sebastian Viveros, Jacques Bayo u Jere Vrcic kienu ħallew il-klabb jew ġew rilaxxati.

Dan filwaqt li Shelom Magri u Nathan Cross ġew mislufa lil klabbs oħra.

Fi stqarrija, Birkirkara FC qali li jinsabu kburin li jilqgħu lil Rashed mal-Istripes u qed iħarsu ‘l quddiem biex jarawh jiddefendi l-arma u l-flokk tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here