Santa Margherita Bormla jiksbu l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni tal-Boċċi

0
1

Santa Margherita Bormla kisbu l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi, fl-ewwel staġun tagħhom biss wara sena nieqsa mill-kompetizzjonijiet lokali.

Il-klabb Bormliż assigura l-promozzjoni wara rebħa kbira ta’ 21-0 kontra Fgura, u issa l-mira ewlenija hija li jissiġillaw ukoll it-titlu taċ-champions tat-Tielet Diviżjoni.

Bħalissa Santa Margherita Bormla jinsabu żewġ punti fuq Kirkop, li jidhru bħala l-uniku tim li jista’ jisfidahom fil-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat.

F’logħbiet oħra tat-Tielet Diviżjoni, Kirkop għelbu lil Paola Wolves 21-2 filwaqt li Qrendi għelbu lil Marsaskala 21-19.

Fit-Tieni Diviżjoni, Isla għelbu lil Żabbar 21-8, Marsamxett rebħu lil Birżebbuġa 21-7, Floriana għelbu lil Qormi San Ġorġ 21-19, Birgu għelbu lil Mosta 21-7 u Santa Luċija kisbu rebħa ta’ 21-19 kontra Thalassalejn.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here