Tuesday, November 10, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Il-goalkeeper James Trafford jista’ jingħata opportunitá mal-Ingilterra

UEFA Nations League: Il-goalkeeper James Trafford jista’ jingħata opportunitá mal-Ingilterra

0
40

James Trafford jista’ jingħata opportunità oħra mat-team nazzjonali Ingliż  fil-partiti li jmiss tal-UEFA Nations League kontra l-Kroazja u Spanja. 

Il-goalkeeper ta’ Leeds United, ta’ 24 sena, ġie inkluż fl-iskwadra ta’ Thomas Tuchel u jista’ jibda waħda miż-żewġ logħbiet. 

Trafford kien diġà beda l-ewwel żewġ partiti tal-kampanja preċedenti kontra Spanja u ċ-Ċekja, fejn ħalla impressjoni pożittiva. 

Minkejja li Jordan Pickford jibqa’ l-ewwel għażla ta’ Tuchel, il-coach Ingliż irid jagħti aktar esperjenza internazzjonali lil Trafford u jżomm kompetizzjoni għall-post bejn il-lasti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here