L-organizzaturi tal-Grammy Awards qalu li dawn ġew posposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Din iċ-ċerimonja li tiċċelebra l-industrija tal-mużika kienet mistennija li ssir fl-aħħar fil-31 ta’ Jannar.
Dan l-avveniment issa mistenni li jseħħ fl-14 ta’ Marzu wara li kien hemm żieda ta’ infezzjonijiet fl-Los Angeles u fl-istat ta’ Kalifornja.
Fost in-nominati għal dawn l-awards hemm Beyoncè, Taylor Swift u Dua Lipa li ddominaw din il-lista f’diversi kategoriji.
Ir-Recording Academy tenniet li m’hemm xejn aktar importanti mis-saħħa u s-sigurtà tal-komunità mużikali u l-mijiet ta’ nies li jaħdmu fuq il-produzzjoni ta’ din iċ-ċerimonja u għaldaqstant iddeċidew li jieħdu din id-deċiżjoni.