Friday, December 27, 2024

Il-Green Bonds tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Sottoskritti bis-sħiħ fi żmien Rekord 

Aqra wkoll

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) ħabbret li l-ewwel ħruġ tagħha ta’ Green Bonds, li jammonta għal €25 miljun, ġie sottoskritt kollu fi ftit sigħat. Din il-kisba turi l-fiduċja qawwija tal-investitur fl-impenn tal-WSC għas-sostenibbiltà u r-rwol ta’ pijunier fl-ekonomija ħadra ta’ Malta. 

Il-Green Bonds, l-ewwel inizjattiva tat-tip tagħha għal kull kumpanija Maltija, inħarġu bħala parti mill-isforzi kontinwi tal-WSC biex tiffinanzja proġetti favur l-ambjent. Il-bonds għandhom rata ta’ imgħax ta’ 4.25% u għandhom terminu ta’ maturità ta’ 10 snin. Il-fondi miġbura se jintużaw biex jiffinanzjaw diversi Proġetti Ħodor, inkluż l-impjant tar-reverse osmosis f’Ħondoq, solar farms, arjazzjoni għat-trattament tad-drenaġġ, tnaqqis tan-non revenu water u titjib fl-effiċjenzi tal-kontijiet, u infrastruttura tan-netwerk tal-ilma. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-WSC, Karl Cilia, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-rispons pożittiv għall-ħruġ tal-Green Bonds. “Il-konkorrenza kbira għal dawn il-Green Bonds hija xhieda tal-fidiċja li l-investituri tagħna għandhom fl-impenn tagħna għas-sostenibbiltà,” qal Cilia. “Dan huwa pass importanti fil-vjaġġ tagħna biex insiru utilità b’impatt żero, u aħna grati għall-appoġġ kbir li rċevejna.” 

Il-Ministru Miriam Dalli faħħret l-inizjattiva, u sostniet li, “Il-ħruġ b’suċċess ta’ Green Bonds mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa pass sinifikanti fil-mixja ta’ Malta lejn futur sostenibbli. Din l-inizjattiva mhux biss tenfasizza l-impenn tagħna lejn amministrazzjoni ambjentali iżda wkoll tpoġġi lil Malta bħala pijunier tal-Green Finance. Infaħħar lill-WSC għal dan l-isforz u talli tat eżempju qawwi lil kumpaniji oħrajn biex jimxu fuq din il-linja.” 

Is-suċċess tal-ħruġ ta’ Green Bonds jimmarka kapitlu ġdid fil-vjaġġ tas-sostenibbiltà ta’ WSC u joħloq preċedent għal kumpaniji oħra f’Malta u lil hinn. Il-WSC hija kburija b’din l-inizjattiva u hija impenjata li tkompli bl-isforzi tagħha biex tippromwovi s-sostenibbiltà u r-responsabbiltà ambjentali. 

Ekonomija

Sport