Monday, May 13, 2024

Il-Ministru Caruana jiċħad li hu żgwida lill-Parlament

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana bagħat ittra lill-Ispeaker Anġlu Farrugia fejn ċaħad li huwa b’xi mod żgwida lill-parlament fuq informazzjoni li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra. 

Caruana saħaq li David Curmi huwa l-persuna li jokkupa l-pożizzjoni ta’ Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta u ma jirċievi l-ebda onorarja għall-bord tal-kumpanija. “Is-Sur Curmi jirċievi ħlas biex imexxi l-kumpanija”, temm jgħid Caruana. 

Intant f’rapport li deher fuq il-midja soċjali kien allegat li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-AirMalta, David Curmi kellu pakkett ta’ €21,500 fix-xahar. Din l-allegazzjoni tmur kontra dak li qal il-Ministru Caruana li kif reġa’ tenna jikteb fl-ittra lill-Ispeaker, huwa kien qal li Curmi ma rċieva l-ebda remunerazzjoni bħala Chairman Eżekuttiv.

Sport