Saturday, December 28, 2024

Il-Gvern dalwaqt se jibda jagħti mediċina b’xejn ekwivalenti għax-Xarelto

Aqra wkoll

Waqt l-istess intervista fejn ħabbar li qed jiġi mfassal pjan biex fi żmien li ġej pajjiżna jibda jneħħi r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ħabbar ukoll li l-Gvern dalwaqt se jibda jagħti mediċina b’xejn ekwavalenti għax-Xarelto.

Huwa qal: “Din il-ġimgħa ġie iffirmat il-kuntratt biex il-Gvern jibda jġib il-mediċina, ipoġġiha fuq il-formularju u jqassamha mingħajr ħlas.”

Żied jgħid: “Għandna eluf ta’ pazjenti li biex iraqqu d-demm għandhom bżonn din il-mediċina li hija x-Xarelto. Issa l-kuntratt ġie akkreditat u qed nimmaġinaw li għal April-Mejju nkunu nibdew nagħtu dawn il-mediċini ġodda li jkunu l-ekwivalenti għax-Xarelto.”

Spjega li din hija mediċina li tiswa madwar €50 u 70 fix-xahar. “Dan ifisser li f’sena se nkunu qed nifrankaw mas-€7,000,” temm jgħid Fearne.

Ekonomija

Sport