Sunday, December 22, 2024

Il-gvern mistenni jilħaq rekords ta’ kirjiet mill-privat biex jgħin fl-akkomodazzjoni soċjali

Il-Ministru Roderick Galdes

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bħalma qed jiġri f’kull pajjiż fl-Ewropa, is-sitwazzjoni tal-housing qiegħda dejjem tinbidel minn żmien għal żmien. B’hekk, il-Gvern, permezz tal-Awtorità tad-Djar, irid ikompli jaġġorna ruħu maż-żminijiet tal-lum. Biss biss, matul is-sena li għaddiet, kien hemm xejn inqas minn 585 proprjetà mikrija għall-akkomodazzjoni soċjali.

Dwar dan, Talk.mt talab il-kummenti tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes li qalilna illi l-Ministeru flimkien mal-Awtorità tad-Djar, mhux biss nedew skemi fosthom li jikru mis-settur privat biex isaħħu l-istokk ta’ postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali, imma qed jistennew ammont ieħor ta’ stokk li qed jinbena. 

“Nifhmu li anke s-settur privat huwa sieħeb importanti mal-Gvern biex jgħin anke fis-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali. Illum il-Gvern huwa wkoll koproprjetarju ma’ mijiet ta’ persuni li għenhom biex jixtru l-proprjetà tagħhom permezz tal-iskema tal-equity sharing, anke permezz tal-benefiċċju tal-kera li kompla jiġi aġġustat skont id-dħul tal-persuni biex ngħinu aktar nies li jgħixu f’popstijiet bil-kera,” qal il-Ministru Galdes.

Huwa żied jgħid li “Għandna bżonn aktar stokk adegwat min-naħa tas-settur privat li persważ li se jkun qed jilħaq l-akbar rekords li l-Gvern jista’ jikri mingħand is-settur privat biex ngħinu aktar familji”.

Ekonomija

Sport