Sunday, December 22, 2024

Il-Gvern se jkompli joffri protezzjoni bħalma għamel f’Ħondoq ir-Rummien

-Il-Ministru Miriam Dalli

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“L-għan tagħna bħala Gvern huwa li se nkompli noffru protezzjoni bħal ma ghamilna f’Ħondoq ir-Rummien, tant li se jinħarġu ktar miżuri li se jkunu qegħdin joffru protezzjoni”

Dan qalitu il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli waqt li kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari li saritilha mid-Deputat Laburista u l-Whip Naomi Cachia.

Il-Ministru Dalli rrimarkat kif il-Gvern Malti issiġilla l-protezzjoni u l-ħarsien ambjentali ta’ Ħondoq ir-Rummien bid-dikjarazzjoni li dan is-sit huwa legalment meqjus bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni mill-Awtorita Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Minbarra Ħondoq ir-Rummien, il-Ministru Dalli rreferiet ukoll għal żewġ siti oħra f’Għawdex li qed jiġu iddikkjarati bħala Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni, magħrufa bħala l-Qortin ta’ Isopu u l-Ġebla tal-Fessej.

Il-Ministru Dalli qalet ukoll kif permezz ta’ din iż-żieda fil-konservazzjoni f’pajjiżna għandna madwar 30% tal-art li hija meqjusa bħala li għandha status speċjal fejn jidħol l-ambjent.

Ekonomija

Sport