Monday, November 4, 2024

“Il-gwerra trid tispiċċa issa”

Zelensky lill-mexxejja tal-G20

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal lill-mexxejja dinjin li qed jiltaqgħu fis-summit tal-G20 f’Bali li l-gwerra tar-Russja trid tispiċċa llum qabel għada. Huwa talab ukoll għal estensjoni ta’ ftehim sinjifikanti għall-esportazzjoni tal-qamħ li għandu jintemm dalwaqt.

Is-Sur Zelensky deher f’diskors permezz ta’ video li ntbagħat lill-mexxejja miġbura fil-gżira Indoneżjana. Il-President Russu Vladimir Putin – membru wkoll tal-G20 – naqas milli jattendi u minflok bagħat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tiegħu Sergei Lavrov.

Fid-diskors tiegħu, is-Sur Zelensky qal li jinsab konvint li issa huwa ż-żmien li l-gwerra distruttiva tar-Russja tieqaf. Huwa elenka numru ta’ strateġiji, inkluż li tiġi żgurata s-sigurtà nukleari u tal-ikel, it-tmiem tal-ostilitajiet u l-prevenzjoni tal-eskalazzjoni.

Huwa ripetutament indirizza lill-mexxeja bħala l-“G19” biex jeskludi b’mod ċar lir-Russja. Ewlenin fost it-talbiet tiegħu kien hemm estensjoni ta’ dik magħrufa bħala l-inizjattiva tal-‘Black Sea Grain’ li ntlaħaq qbil dwarha f’Lulju bejn in-Nazzjonijiet Uniti u r-Russja. Permezz ta’ dan il-ftehim kien assigurat li l-esportazzjoni tal-ikel imblukkati fil-portijiet Ukreni minn bastimenti tal-gwerra Russi setgħu jsiru. 

In-Nazzjonijiet Uniti tistma li minn meta beda dan i-ftehim, 10 miljun tunnellata ta’ qamħ u ikel ieħor ġew esportati b’suċċess, fejn ipprevjenew kriżi tal-ikel globali. Minkejja dan, il-ftehim jiskadi nhar is-Sibt li ġej. 

Sadanittant, Zelensky akkuża wkoll lir-Russja li qed tipprova “tbiddel il-kesħa f’arma kontra miljuni ta’ nies” billi bbumbardja infrastruttura ewlenija tal-enerġija Ukrena hekk kif qed toqrob ix-xitwa.

Sport