Friday, May 3, 2024

Drakard bl-Ewwel Kanzunetta Oriġinali bħala Kantawtur

Aqra wkoll

Li ssib ruħek taffaċċja t-tmiem ta’ relazzjoni mhu faċli għal ħadd, u l-imħabba adolexxenti għandha ħabta tkun suġġett popolari għal kwalunke persuna, imwieled f’kull sena immaġinabbli. Frisk mis-suċċess tiegħu fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta, il-kantawtur Drakard jittratta dan is-suġġett sensittiv fl-ewwel rilaxx tiegħu, Over. Għal din il-kanzunetta, huwa sab għajnuna artistika mingħand il-produttur Cyprian Cassar u l-kantawtur Kevin Paul bil-għan li joħolqu l-aħjar ħoss possibbli.

YouTube video

Hu u jitkellem dwar din il-kollaborazzjoni Drakard itenni, “jien u Kevin iltqajna waqt X Factor Malta u mill-ewwel sirna ħbieb. L-ideat tiegħu jogħġbuni, u jifhem eżatti d-direzzjoni li għandi f’moħħi fejn tidħol mużika u lirika; filwaqt li lil Cyprian ilni nafu daqsxejn aktar. Kien għenni nifhem aħjar l-elementi bażiċi tal-produzzjoni kif ukoll jara li jimbuttani kemm jiflaħ biex noħroġ mill-ġagga ġenerika li artist kapaċi jispiċċa fiha. Kelli kunċett f’moħħi, u huma għenuni niżviluppah f’din il-kanzunetta tassew għal qalbi, li jiena kuntent naqsam magħkom.”

B’ritornell li jiġbidlek l-attenzjoni mill-ewwel u versi b’ħoss modern, id-debutt ta’ Drakard huwa akkumpanjat minn vidjo ta’ lirika li ġie produċut barra minn Malta. Bi skema ta’ kuluri skuri; wieħed faċli jifhem is-suġġett ta’ qsim il-qalb, speċjalment meta jiġu mistoqsija frażijiet bħal “is it really over?”

Over hija disponibbli fuq kull pjattaforma diġitali possibbli inkluż: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon, Apple Music u iTunes grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni; CAP-Sounds. 

Sport