Thursday, April 18, 2024

Il-GWU b’negozjar ġdid f’oqsma tas-saħħa u l-anzjanità attiva fis-Servizz Pubbliku

Aqra wkoll

It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU bdiet negozjar ġdid li jkompli jsaħħaħ fuq il-ftehim ta’ qablu għal ftehim settorjali li jappartjeni għall-Klassi tal-Kura tas-Saħħa. Dan il-ftehim ikopri ħaddiema li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa u fil-Ministeru tal-Anzjanità Attiva.

Il-GWU ressqet il-proposti li ġew miġbura mill-ħaddiema membri tagħha li jaqgħu taħt dan il-ftehim settorjali tal-Klassi tal-Kura tas-Saħħa. 

Il-GWU se taħdem sabiex ikun hemm negozjar li fih ikun jinkludi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u benefiċċji tal-ħaddiema waqt li jirrifletti aħjar ir-responsabbiltajiet speċifiċi tal-ħaddiema fi rwoli varji.

Ekonomija

Sport