Wednesday, April 17, 2024

Plejers tat-tim tan-nisa ta’ Manchester Utd iferrħu lit-tfal rikoverati fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet iż-żjara tat-tim tan-nisa ta’ Manchester Utd, dalgħodu wħud mill-plejers marru Mater Dei fejn qassmu diversi rigali lit-tfal li hemm bħalissa rikoverati fl-Isptar.

Fl-istess żjara ngħataw rigali wkoll lill-istaff li qegħdin jieħdu ħsieb il-kura ta’ dawn it-tfal.

Din kienet okkażżjon speċjali għat-tfal l-aktar dawk li jħobbu l-logħba tal-futbol u anke jagħtu appoġġ lit-tim ta’ Manchester Utd. Il-ferħ li kien hemm fuq wiċċ it-tfal kien wieħed li ta’ sodisfazjoni kbir lill-plejers tat-tim tan-nisa ta’ Manchester Utd.

Ekonomija

Sport