Wednesday, April 24, 2024

Jinqatlu 29 persuna biex jiġi arrestat it-tifel ta’ “El Chapo”

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Messikani qalu li f’operazjoni biex jiġi arrestat it-tifel ta’ wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga “El Chapo” inqatlu mill-inqas 29 persuna.

Ovidio Guzmán-López ta’ 32 sena li laħaq mexxej tal-grupp kriminali li kien beda missieru ġie arrestat nhar il-Ħamis li għadda f’Culiacán fil-Messiku.

Biex ġie arrestat il-forzi tal-ordni wettqu operazzjoni kbira li ma marritx kif kien ippjanat. Tant li mill-inqas inqatlu 10 suldati li kienu fuq il-post biex jarrestaw lil Guzmán-López kif ukoll 19-il persuna oħra kollha suspettati li kienu membri fil-grupp kriminali u kienu qed jiddefendu lill-mexxej tagħhom.

Hekk kif bdiet l-operazzjoni tal-arrest membri tal-grupp kriminali bdew jimblokkaw it-toroq minn fejn kienu għaddejjin il-pulizija kif ukoll bdew jagħtu n-nar lil diversi vetturi.

Il-Ministru tad-Difiża Messikan Luis Cresencio Sandoval qal li ma’ dawk maqtula kien hemm 35 uffiċjal ieħor tal-militar li kellhom jittieħdu l-isptar filwaqt li 21 persuna li kienu armati biex jiddefendu lil Guzmán-López ġew arrestati.

Guzmán-Lópe li hu mlaqqam “il-ġurdien” ittieħed mill-post fejn ġie arrestat b’ħelikopter lejn il-kapitali Messikana fejn imbgħad ittieħed lejn l-aktar ħabs sigur li hemm fil-pajjiż.

Sport