Saturday, October 5, 2024

Il-GWU Għaqda Pensjonanti tingħaqad mall-Għaqdiet tal-Pensjonanti kollha biex tfakkar il-jum dinji dedikat għall-Anzjani.

Aqra wkoll

L-Għaqda ssellem lill-Anzjani kollha f’dan il-jum dedikat lilhom. L-Għaqda tħares lejn l-Anzjani bħala bennejja ta’ Malta moderna. Kien grazzi għall-ħidma tal-anzjani li daħlu ċertu kundizzjonijiet ta’ xogħol għall-ħaddiema kollha. Fost dawn il-kundizzjonijiet li għadhom hemm illum insibu ġimgħa ta’ erbgħin siegħa, ħlas għal sahra, ħlas għal mard fost oħrajn. Huwa ferm importanti li s-soċjetà tagħna tirrikonoxxi l-ħidma tagħhom matul iż-żminijiet.

Filwaqt illi nawguraw lill-Anzjani f’dan il-jum dedikat lilhom, l-Għaqda twiegħed li ser tkompli bil-ħidma tagħha għall-gid tal-Anzjani Maltin u Għawdxin.

Sport