Wednesday, May 15, 2024

Il-GWU ma taqbilx mal-proposta tal-MEA li jkun hemm tnaqqis fil-pagi tal-ħaddiema tal-Gvern

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) assolutament ma taqbilx li jkun hemm tnaqqis fil-pagi tal-ħaddiema tal-Gvern. Dan qalitu b’reazzjoni għal dak li qalet l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem (MEA) fejn sostniet li s-salarji tal-impjegati fis-settur pubbliku li bħalissa huma wieqfa għandhom jitnaqqsu.

Ħaddiema kemm ta’ servizz pubbliku kif ukoll ta’ settur pubbliku qed jaħdmu bis-sħiħ f’ħafna oqsma u tassew qed jagħmlu s-sagrifiċċji tagħhom fosthom ħaddiema tas-sigurtà, korpi dixxiplinati u tal-infurzar tal-liġi, ħaddiema tad-dwana, indafa pubblika, ħaddiema ġewwa AWAS, ħaddiema fil-manutenzjoni, Identità Malta, ħaddiema li jieħdu ħsieb l-anzjani, ħaddiema li għandhom x’jaqsmu mal-enerġija bħal WSC, ERL u ARMS Ltd, fost ħafna oħrajn.

Il-GWU tinnota l-fatt ukoll li numru ta’ ħaddiema qed ikollhom joqgħodu ukoll ġo hotels jew appartamenti ‘il bogħod mill-familji tagħhom, biex ikunu jistgħu jibqgħu jagħtu servizz lis-soċjetà. Ħafna ħaddiema oħra aċċettaw biex jiċċaqilqu mill-post tax-xogħol tagħhom u marru jagħtu servizz fejn hemm l-aktar ħtieġa.

Barra minn hekk, hemm diversi ħaddiema fis-servizz pubbliku li ma waqfux minn xogħolhom, anzi qed jagħmlu ħinijiet itwal kemm fl-uffiċju kif ukoll f’darhom permezz tat-Telework biex jibqgħu jagħtu l-aħjar servizz għal pajjiżna anke f’dan il-mument tant diffiċli.

Il-GWU temmen li l-ħaddiema tal-Gvern għandhom jiġu mfaħħra għal ħidma kontinwa tagħhom u mhux jiġu kkastigati intortament

Sport