Saturday, May 4, 2024

Il-Ġermanja tapprova wkoll li jsiru testijiet kliniċi għall-vaċċin kontra l-COVID-19

Aqra wkoll

Il-Ġermanja wkoll tat l-approvazzjoni tagħha biex isiru testijiet kliniċi tal-vaċċin għall-COVID-19. Dan ġie mħabbar mill-Istitut Federali tal-Vaċċini. 

Dawn it-testijiet se jkunu qed jinvolvu 200 parteċipant b’saħħtu li għandhom etajiet ta’ bejn it-18 u l-55 sena. Dawn se jirċievu diversi varjazzjonijiet tal-vaċċin li ġie żviluppata mill-kumpanija Ġermaniża BioNTech. B’dan il-mod, ix-xjentisti se jeżaminaw kemm hu effettiv dan il-vaċċin biex jipprovdi l-immunità kontra l-virus.  

Fi stadju ieħor, se jsiru wkoll testijiet oħra fuq aktar persuni, fosthom dawk li huma f’riskju ogħla li jieħdu l-marda. 

Hemm 86 tim madwar id-dinja li qegħdin jiżviluppaw vaċċin għall-virus, fosthom uħud li waslu fl-istadju tat-testijiet kliniċi.

Intant, il-kumpanija BioNTech qalet li qiegħda tiżviluppa dan il-vaċċin bl-isem ta’ BNT162, flimkien mal-kumpanija tal-farmaċewtika Pfizer. Dan l-istess vaċċin mistenni wkoll jiġi ttestjat fl-Istati Uniti, ladarba jkun approvazzjoni regolatorja biex jiġi ttestjat fuq il-bniedem hemm ukoll. 

Bħalissa għaddejja tellieqa ħalli jkun żviluppat vaċċin li jgħin inaqqas it-tixrid tal-Coronavirus. S’issa mietu aktar minn 177,000 persuna, filwaqt li ġew infettati aktar minn 2.5 miljun persunna. 

Jidher li hemm 86 tim madwar id-dinja li qegħdin jiżviluppaw vaċċin għall-virus, fosthom uħud li waslu fl-istadju tat-testijiet kliniċi. 

Fiċ-Ċina jidher li diġà ngħatat l-approvazzjoni għall-ewwel stadji ta’ testijiet fuq il-bniedem għal żewġ vaċċini. 

Sport