Sunday, December 22, 2024

Il-GWU tiċħad li għandha tilwim jew ordnat azzjonijiet industrijali fl-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union tiċħad b-aktar mod kategoriku li kellha u lanqas għandha xi tilwim jew ordnat azzjonijiet industrijali lill-ħaddiema membri tagħha fl-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti għall-ġimgħa d-dieħla.

Minbarra li tinforma lil min iħaddem u lill-ħaddiema meta jkun hemm każ ta’ tilwim jew ikunu se jittieħdu azzjonijiet industrijali il-GWU dejjem tinforma wkoll lill-midja. Tajjeb li jingħad li meta l-GWU tordna l-azzjonijiet dawn ikunu dejjem abbażi ta’ tilwim relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tagħha.

Il-GWU tistenna li l-ġurnalisti konċernati li ppubblikaw din l-istorja qarrieqa, jivverifikaw magħha minn qabel ma joħorġu din l-aħbar li nġabret minn fuq il-midja soċjali.

Ekonomija

Sport