Il-GWU tikseb ir-rikonoxximent fil-Malta Investments & Economic Advisory (MIEA)

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) kisbet ir-rikonoxximent sabiex tirrappreżenta lill-ħaddiema tal-Malta Investments & Economic Advisory (MIEA) fl-overtime grades u l-management grades, għall-finijiet ta’ negozjar kollettiv.

Dan wara li verifika mwettqa mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) ikkonfermat li l-maġġoranza tal-impjegati fil-gradi kkonċernati huma membri tal-GWU.

Il-verifika saret wara talba mressqa mill-GWU biex tingħata rikonoxximent bħala l-Unjin li tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema. 

Dan ir-rikonoxximent jiftaħ it-triq biex il-GWU taħdem flimkien mal-ħaddiema biex tħares u ssaħħaħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fosthom permezz tan-negozjar kollettiv.

Il-GWU tħares ’il quddiem biex, permezz tad-djalogu u rappreżentanza effettiva, tkompli tkun ta’ sostenn għal dawn il-ħaddiema u taħdem favur kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u dinjitużi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport